Friday, November 22, 2024

Il-Qorti ma tilqax it-talba … tgħid li l-arrest kien skont il-liġi

Aqra wkoll

Hekk kif illejla tliet persuni jinsabu fil-Qorti fejn qegħdin jiġu akkużati bi kriminalità organizzata, fil-Qorti qamet kwitsjoni mressqa mid-difiża dwar jekk il-prosekuzzjoni għadhiex fil-ħin eleġibbli biex tressaq l-imputati.

Kien l-Avukat Franco Debono li talab biex ikun jaf il-ħin eżatt meta ġew arrestati tnejn mit-tliet akkużati. Dan minħabba li l-ħin tat-48 siegħa arrest kien wasal biex jintemm.

Min-naħa tagħha l-prosekuzzjoni qalet li wieħed mill-akkużati kien arrestat fil-5:55 p.m ta’ jumejn ilu filwaqt li l-akkużi nqraw fil-5:54 p.m.

Dan wassal biex id-difiża min-naħa tagħha tinsisti biex tkun taf eżattament il-ħin li fih kienu arrestati tnejn miż-żewġ imputati.

Wara xi ħin sospiża fuq l-istess talba, il-Qorti ddikjarat li kienet qiegħda tiċħad it-talba għal aktar provi u żiedet li l-arrest kien wieħed skont il-liġi u għalhekk ikkonvalidatu.

Sport