Sunday, December 22, 2024

Il-Qorti Skoċċiża se tkompli l-kawża għad-danni kontra d-ditta tal-assigurazzjoni

Aqra wkoll

Transport Malta kkonfermat illi ddefendiet il-pożizzjoni tagħha f’kawża mibdja fl-Iskozja relatata mal-inċident li kien seħħ fl-2018 u li kien jinvolvi open top bus.

F’din il-kawża mibdija inizzjalment kontra d-ditta li kienet assigurat l-operat tal-operatur tal-open top bus in kwisjtoni, Transport Malta ġiet imsejħa sabiex twieġeb hi wkoll għad-danni relatati ma’ dan l-inċident.

Transport Malta dejjem insistiet illi l-Awtorità mhi responsabbli għal ebda danni relatati ma’ dan l-inċident, u dan fil-fatt ġie kkonfermat mir-riżultanzi ta’ inkjesta maġisterjali dwar dan l-inċident.

F’dan il-każ, Transport Malta ddefendiet ruħha wkoll fis-sens illi l-kawża kontra tagħha ma setgħetx tistema’ mill-Qrati Skoċċiżi.

Il-Qorti Skoċċiża tat raġun lil Transport Malta u konsegwentament ordnat it-twaqqif tal-kawża kontra Transport Malta, b’dan illi l-kawża għad-danni issa ser titkompla kontra d-ditta tal-assigurazzjoni inkwistjoni.

Ekonomija

Sport