Sunday, November 24, 2024

Il-Qorti tagħti raġun lid-Dwana fuq żewġ rikorsi mressqin

Aqra wkoll

Il-Qorti Kostituzzjonali kkonferma s-sentenza mogħtija lil Nicola Micallef li kien instab ħati bil-pussess u bejgħ ta’ sigaretti, tabakk u xorb bil-kuntrabandu.

Il-każ imur lura għall-2008 fejn l-anzjan kien ġie kkundannat mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili jħallas multa ta’ €1,500 u mogħti sentejn priġunerija sospiżi għall-erbgħa snin.

Micallef fetaħ rikors bl-argument li t-tibdil tal-appell mill-Avukat Ġenerali kien sproporzjonat f’dak li għandu x’jaqsam ma’ multi . Il-Qorti ma laqgħetx din it-talba u argumentat li l-piena mhix sproporzjonata meta mqabbla mar-reat li wettaq l-imputat.

F’każ iehor separat din id-darba quddiem Il-Qorti tal-Appell ma ntlaqgħetx it-talba ta’ Diane Holdings Ltd. u Cassar Fuels Limited kontra d-Dipartiment tad-Dwana.

Il-każ imur lura għall- 2008 meta abbord il-vapur M/T Sacro Cuor I, li jappartjeni lil kumpasnija Diane Holdings Ltd u operat minn Cassar Fuels, li jissupplixxi fuel lill-industrija u l-opri tal-baħar, instabet kwantità ta’ sigaretti u xorb bil-kuntrabandu.

Il-kaptan tal-bastiment, Murman Tsiteladze, ġie arrestat u l-bastiment ġie ssekwestrat wara spezzjoni minn uffiċjali tad-Dwana. Il-kumpaniji argumentaw li qatt ma setgħu jkunu jafu li l-bastiment kien involut f’xi ksur tal-Ordinanza tad-Dwana u għalhekk qalu li l-qbid kien inġust fil-konfront tagħhom u li dan ikkawża danni finanzjarji kbar. Għalhekk, huma talbu biex jingħataw kumpens.

Il-Qorti tal-Appell ma laqgħetx it-talba tal-kumpaniji fejn qalet li kellhom dritt jikkontestaw il-qbid u jitolbu għar-rilaxx tal-bastiment u l-fuel issekwestrat iżda ma setgħux jagħmlu talba għad-danni.

Sport