Sunday, November 24, 2024

Il-Qorti tal-Appell ma sabitx irregolaritajiet fl-għoti tal-kuntratt tal-waste to energy – WasteServ

Aqra wkoll

WasteServ fi stqarrija qalet li s-sentenza tal-Qortital-Appell dwar l-offerti għall-impjant biex l-iskart jinbidel f’enerġija (waste to energy) ma sabitx irregolaritajiet fil-proċeduri addottati minnha biex tikklasifika l-offerti li kellha.

Il-kumpanija irreaġixxit għas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Appell fejn qalet li din is-sentenza tkellmet biss dwar dak li qieset bħala kunflitt ta’ interess fi ħdan il-Bord ta’ Verifika tal-Kuntratti Pubbliċi.

Kelliema għall-WSM qalet li sfortunatament minkejja li l-appellant waqqa’ l-appell ewlieni tiegħu, jidher li sezzjonijiet tal-midja, fehmu ħażin id-deċiżjoni tal-Qorti u tefgħu l-WasteServ f’dawl ħażin.

Hija qalet li l-għażla tal-konsorzju biex imexxi dan il-proġett saret bi trasparenza sħiħa. Għaldaqstant, kompliet tgħid il-WasteServ, li din l-istess ditta, ikkonfermat ir-rakkomandazzjoni li jingħata l-proġett multimiljunarju lil Paprec Energies International bi prezz offrut ta’ sitt mitt miljun.

Il-kumpanija tal-immaniġġjar tal-iskart qalet li l-Qorti tal-Appell fl-ebda ħin ma ddubitat il-punteġġ tekniku jew finanzjarju dettaljat tal-proċess ta’ għażla ta’ tender mill-kumpanija, iżda annullat id-deċiżjoni tal-Bord ta’ verifika tal-Kuntratti – il-PCRB, fuq kunflitt ta’ interess.

Il-kumpanija WasteServ qalet fl-istqarrija li se tibqa’ kommessa favur it-transizzjoni ambjentali ta’ Malta u l-ebda akkuża malizzjuża u falza mhi se twaqqafha milli tagħti futur ambjentali aħjar.

Sport