Friday, November 15, 2024

Il-Qorti tal-Appell tbiddel sentenza għax missier ma ħallasx manteniment lil uliedu

Aqra wkoll

Raġel kellu s-sentenza ta’ xahar detenzjoni mibdula ma’ libertà kondizjonata hekk kif għax-xahar ta’ Marzu ta’ sentejn ilu ma ħallasx il-manteniment lil uliedu.

L-ewwel qorti kienet sabet lil missier ħati li ma ħallasx il-manteniment wara rapport li kien sar minn martu.

Permezz tal-avukati tiegħu l-missier appella minn din is-sentenza hekk kif ħass li din is-sentenza kellha piena erogata mill-Ewwel Qorti fil-konfront tiegħu hija waħda eċċessiva u sproporzjonata.

Fl-appell intqal ukoll li tul is-smiegħ ta’ dan l-appell, l-appellant ħallas l-ammont dovut minnu lil parte civile u li da parte tagħha l-parte civile nfurmat lill-Qorti li l-ammont kollu relatat mal-proċeduri odjerni ġie saldat u li kienet qed tirrinunzja għal dak li huwa rinunzjabbli.

Kien għalhekk li l-Qorti preseduta mill-Imħallef Dr. Neville Camilleri qalet li meta tieħu konsiderazzjonijiet ta’ dak li ġiet stabbilit fl-appell, tinnota li hemm lok li jkun hemm temperament fil-piena.

Għal dawn il-motivi, il-Qorti laqgħet u ddeċidiet li tilqa’ l-appell imressaq mill-appellant u tirriforma s-sentenza appellata billi filwaqt li tikkonfermaha fejn sabet ħtija fl-appellant għall-imputazzjoni addebitata lilu, tgħaddi biex tvarja l-piena u tilliberah bil-kondizzjoni li ma jikkommettiex reat ieħor fi żmien sitt xhur.

Il-Qorti wissiet ukoll lil missier li jekk jerġa’ ma jħallasx il-manteniment fi żmien li ġej se jkun qiegħed jitlef il-libertà kondizzjonata.

Ekonomija

Sport