Il-Qorti tal-Appell, f’sentenza li tat ordnat biex kawża li kien għamel konsumatur dwar xiri ta’ biljetti għall-kunċert ta’ Ed Sheeran f’Ta’ Qali terġa’ tmur quddiem it-Tribunal tal-Konsumatur.
Dan hekk kif il-Qorti sabet li kien hemm ksur fil-proċedura minħabba li l-kumpanija NNG Promotions Limited ma ġietx innotifikata bir-rikors.
Il-kawża hija dwar mara li xtrat erba’ biljetti f’sezzjoni “B-Z4” għall-prezz ta’ €856. Il-konsumatur allegat li dawn il-biljetti ma kinux fil-post allokati skont il-pjanta minħabba li skont dak li ġie ppreżentat fil-Qorti sezzjoni Z4 kienet indikata li tinsab fin-nofs iżda, qalet li fir-realtà kienet lejn it-tarf.
Kien f’Novembru tas-sena li għaddiet eta t-Tribunal tal-Konsumatur laqa’ parzjalment it-talba u ordna lill-kumpanija Showshappening Limited tħallas €656 lill-mara.
Din it-talba kienet intlaqgħet wara li l-kumpanija li organizzat il-festival ma kienet l-ebda risposta dwar din it-talba.
Iżda l-kumpanija appellat miill-istess sentenza u qalet li ma kinitx ġiet innotifikata bil-kawża u għalhekk ma setgħetx tiddefendi ruħha. Argumentat li hija kulma kienet aġent sabiex jinqatgħu l-biljetti u li t-€800 tal-biljetti qatt ma għaddew f’idejha.
L-Imħallef Lawrence Mintoff laqa’ t-talba tal-appell u qal li setax isir ġudizzju jekk il-partijiet kollha ma kinutx innotifikati b’mod formali. Għalhekk, annulla d-deċiżjoni tat-Tribunal. Għaldaqstant, waqt li għalissa l-ispejjeż tħallew pendenti, il-proċeduri jridu jerġgħu jinstemgħu quddiem it-Tribunal biex il-kumpanija tingħata ċ-ċans tiddefendi lilha nfisha.

