Sunday, December 22, 2024

Il-Qorti tal-Appell tikkonferma sentenza ta’ sena ħabs lill-immigrant

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell, ikkonfermat sentenza ta’ sena ħabs fil-konfront ta’ Abraham Hinstab wara li flimkien ma’ immigranti oħra ħarab miċ-ċentru tal-immigranti f’Ħal Safi

Il-każ imur lura għal Settembru tal-2020, meta allegatament Hinstab irnexxielu jaħrab iżda nqabad mill-Pulizija ftit tal-ħin wara. Huwa kien akkużat ukoll li għamel ħsara fl-istess ċentru fejn kien qed joqgħod u li kiser il-paċi pubblika.

Fil-Qorti, huwa kien ingħata sentenza ta’ sena priġunerija. Huwa appella mis-sentenza u qal li l-Prosekuzzjoni ma ressqet ebda provi fil-każ li juru li huwa kien kompliċi. Madankollu, fil-Qorti tal-Appell ġie nnutat li l-akkużat ken ġie identifikat minn għadd ta’ pulizija.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet tagħha, il-Qorti tal-Appell mmexxija mill-Imħallef Neville Camilleri ikkonfermat l-ewwel sentenza tal-Qorti, dik ta’ sena ħabs.

Ekonomija

Sport