Wednesday, February 11, 2026

Il-Qorti tappella biex ma tiġix deportata mara li ma ġedditx il-permess

Aqra wkoll

Imħallef li sema’ każ ta’ mara Indjana, appella lill-Aġenzija Identità biex ma tiġix deportata hekk kif ma ġedditx il-permess biex tgħix u taħdem f’Malta. Irriżulta li l-mara applikat tard għall-karta tar-residenza tagħha.

L-appell mill-Imħallef Wenzu Mintoff sar wara li l-mara appellat lill-Qorti tqis il-każ umanitarju tagħha. L-ewwel Qorti kienet iddeċidiet li l-mara tiġi deportata, iżda l-mara appellat minn din is-sentenza.

L-Imħallef Mintoff astjena milli jiddeċiedi favur il-mara, iżda fis-sentenza kien hemm parti li tagħmel appell formali lill-awtoritajiet biex jagħtu ċans lill-mara biex terġa’ applika għal impjieg.

Kien fl-2001 meta l-mara waslet Malta u bdiet taħdem b’mod legali. Iżda f’Diċembru tas-sena ta’ wara l-permess li taħdem u tgħix f’pajjiżna kien skada. 

Hija kienet reġgħet applikat għall-permess biex taħdem u tgħix f’Malta f’Awwissu tal-2023, iżda din l-applikazzjoni kienet ġiet miċħuda minħabba li kienet sottomessa tard.

Ġie nnutat li l-mara ma applikax għal permess mhux bi traskuraġnu jew biex tikser il-liġi, iżda minħabba li f’dawn iż-żminijiet kienet għaddejja minn dipressjoni severa u din kompliet tiggrava wara l-mewt ta’ missierha.

Il-mara kienet ħadet il-każ tagħha quddiem il-Bord tal-Appell tal-Immigrazzjoni qabel marret quddiem il-Qrati.

Il-Qorti filwaqt li astjeniet, irrifjutat l-argumenti tal-mara li ma kienitx ġiet informata kif suppost bid-deċiżjoni li kienet ittieħed kontra tagħha.

Iżda l-Imħallef Mintoff saħaq il-fatt li l-Qorti hija marbuta bil-liġi ma jfissirx li l-awtoritajiet ma jistgħux iqisu ċ-ċirkostanzi diffiċli tal-mara.

Huwa appella lill-awtoritajiet biex jagħtuha l-opportunità terġa’ tapplika għall-permess.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport