Wednesday, October 15, 2025

Il-Qorti teħles lit-turist Ingliż mill-akkuża ta’ ġrieħi gravi: aġixxa biex jiddefendi lilu nnifsu

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu, il-Maġistrat Donatell Frendo Dimech illiberat lil Liam Joseph Stacey mill-akkuża li kkaġuna ġrieħi gravi lil Roderick Sciortino waqt ġlieda fil-lukanda Seabank fil-Mellieħa, fis-26 ta’ Lulju li għadda.

Il-Qorti qalet li Stacey kien qed jaġixxi biex jiddefendi lilu nnifsu u lil uliedu hekk kif kienet qed isseħħ aggressjoni minn Sciortino u persuni oħrajn li kienu miegħu.

Waqt il-proċeduri fil-Qorti ħareġ li dan il-każ seħħ wara li Stacey laqqat daqqa f’wiċċu bil-konsegwenza li spiċċa waqa’ fuq ibnu żgħir. Hu qal u beda jagħti daqqiet lil raġel li aktar tard ġie ddentifikat bħala Roderick Sciortino.

Sciortino miet l-isptar fil-31 ta’ Lulju wara li tneħħa t-tobba waqfulu l-magni. Dakinhar tal-inċident huwa kien fil-lukanda mas-sieħba tiegħu, Alexia Meilak, il-familja tagħha, u bintu biex jiċċelebraw l-ewwel għeluq sninha.

Mill-awtopsja li saret irriżulta li Sciortino ma sofra l-ebda ġrieħi iżda l-mewt tiegħu kienet ir-riżultat li nqatetlu vina f’moħħu u li m’għandhiex x’taqsam mal-inċident. Dan id-dettall kien ħareġ waqt xhieda li ta Mario Scerri lill-qorti fl-10 ta’ Settembru.

L-espert Mediku Mario Scerri qal li hu kien eżamina lill-vittma fl-Isptar Mater Dei meta kien fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Qal li l-ewwel ċertifikat mediku kien jgħid li kien sofra ġrieħi gravi minħabba li kellu mnieħru miksru kif ukoll emoroġija f’moħħu. Iżda Scerri kien kompla jixhed li wara aktar eżamijiet mediċi rriżulta li ma kien hemm l-ebda ġrieħi esterni li setgħu jwasslu għal emoroġija.

Ix-xhud kien qal li l-unika ġerħa li kellu kienet daqqa żgħira fuq in-naħa ta’ wara ta’ rasu, li biha ma setgħetx issir emoroġija. Din kienet saret wara li l-istess vittma waqa’ mal-art.

Konsulenti oħrajn li wkoll għamlu eżamijiet mediċi fuq Sciortino qablu mal-konklużżjonijiet tal-espert Scerri.

Espert ieħor li xehed fil-Qorti qal li l-pressjoni tal-vittma kienet 200 u allura kienet biżżejjed għolja biex tinqata’ vina mill-moħħ, kif ukoll kellu livelli għolji ta’ alkoħol.

Il-Qorti fid-deċiżjoni tagħha għamlet referenza wkoll għal dak li sabu l-patoloġisti Safraz Ali u David Pisani li ppreżentaw ir-rapport tagħhom dwar dak li sabu fl-awtopsja.

Pisani xehed li Sciortino kien miet mewta naturali u bl-ebda mod l-mewt ma kellha konnessjoni mal-argument li kien hemm fil-lukanda.

Mix-xhieda li ngħataw fil-Qorti ħareġ ċar li l-imputat kien ġie attakkat l-ewwel. Minn filmati rriżulta li hu kien ġie attakkat minn Sciortino u wara minn Jesmond Portelli.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech faħħret lill-Prosekuzzjoni u anke lid-Difiża dwar kif ippreżentaw il-każ quddie

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport