Monday, December 23, 2024

Il-Qorti tgħid li l-Air Malta kellha dritt tissensja 69 bdot

Aqra wkoll

Il-Qorti, permezz tal-Imħallef Toni Abela, ma laqgħetx it-talba tal-Unjin tal-bdoti (ALPA) biex ma jitkeċċewx 69 pilota minn mal-Air Malta. F’digriet li ta l-Imħallef Abela qal li l-Air Malta kellha dritt tkeċċi l-piloti wara li ma ntlaħaqx qbil dwar il-pagi tagħhom fi żmien ta’ sfida minħabba l-pandemija.

Fid-deċiżjoni tiegħu l-imħallef iddeċieda li l-Air Malta ma kellhiex tnaqqas il-grad tal-bdoti. L-Air Malta kienet ħadet id-deċiżjoni li jkunu ssensjati nofs il-piloti, wara li l-unjin tal-bdoti baqgħet tinsisti fuq skema għall-irtirar.

Ekonomija

Sport