Fil-Qorti, it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva ċaħad iż-żewġ kawżi li għamlu BirdLife Malta, Moviment Graffiti, Din l-Art Ħelwa, Friends of the Earth Malta, Flimkien Għal Ambjent Aħjar u Dr. Edward Mallia u The Ramblers’ Association kontra L-Awtorita’ tal-Artijiet.
F’dawn il-kawżi BirdLife Malta u l-għaqdiet l-oħra ndikati kienu talbu li jkun revokat u mħassar il-ftehim li l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) għandha mall-Awtorita’ tal-Artijiet, kif ukoll l-MoU (Memorandum of Understanding) li l-istess FKNK għandha mall-Ministeru għall-Ambjent rigward l-immaniġġjar u t-tħaddim tar-Riservi tal-Miżieb u l-Aħrax.
Madanakollu, it-Tribunal ċaħad l-akkużi u l-ilmenti kollha li saru minn dawn l-għaqdiet fiż-żewġt kawżi, liema akkużi kienu jammontaw għal total ta’ 19, u ma laqax it-talba ta’ dawn l-għaqdiet biex ikun revokat u jitħassar tali ftehim.