Wednesday, March 11, 2026

Il-Qorti tiċħad għat-tielet darba l-ħelsien mill-arrest lil Keith Pace u familtu

Aqra wkoll

Għat-tielet darba, il-Qorti mill-ġdid ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-erba’ akkużati li jinsabu għaddejjin bi proċeduri b’rabta ma’ użura u ħasil ta’ flus.

L-akkużati huma Keith Pace ta’ 45 sena minn Santa Venera, is-sieħba tiegħu Maria Grixti ta’ 49 sena mill-Marsa, kif ukoll iż-żewġ aħwa Carlos Pace u Cleaven Pace, ta’ 24 u 20 sena rispettivament.

F’digriet mogħti dalgħodu mill-Maġistrat Lara Lanfrancoil-Qorti qalet li t-talba għall-ħelsien mill-arrest qed tiġi miċħuda minħabba n-natura tar-reati u l-biża’ ta’ intralċ ta’ provi.

Waqt il-seduta tal-bieraħ ġie żvelat li Keith Pace kien tressaq il-Qorti madwar 40 darba. Intqal li għandu għaxar proprjetajiet mixtrija jew mikrija f’ismu u missieru.

Fl-istess waqt Lawrence Pace ħadem biss sitt snin tul ħajtu kollha. Ġie spjegat li martu Emanueal, minkejja li m’għandhiex liċenza tas-sewqan għandha 16-il vettura rreġistrata f’isimha, fosthom Chevrolet Corvette.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Lianne Bonello flimkien mal-Avukati Neville Galea u Michael Muscat f’isem l-Avukat Ġenerali.

L-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Adreana Zammit dehru għall-aħwa u l-missier waqt li għall-anzjani dehru l-Avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport