Wednesday, December 25, 2024

Il-Qorti tiċħad talba tal-aħwa Degiorgio biex jiġi sospiż il-ġuri tagħhom

Aqra wkoll

Imħallef ċaħad it-talba biex jiġi sospiż il-ġuri ta’ żewġt irġiel akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fl-2017.

L-aħwa George u Alfred Degiorgio kienu ressqu din it-talba quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, fis-sede Kostituzzjonali tagħha.

Huma kienu lmentaw li d-difiża tagħhom fil-ġuri kienet se tkun imxekkla mill-fatt li l-avukat tagħhom ix-xahar li għadda ddikjara li ma kienx se jibqa’ jirrappreżentahom.

L-Imħallef Audrey Demicoli, fid-deċiżjoni tagħha, ċaħdet it-talba tal-aħwa Degiorgio biex ikun sospiż il-ġuri u ordnat li jħallsu wkoll l-ispejjeż.

Hija aġġornat il-każ kostituzzjonali biex jisma’ l-evidenza li se jressqu, bl-avukat ttal-għajnuna legali Joseph Bonnici jinforma lill-Qorti li se jkollu jikkonsulta mal-klijenti tiegħu biex jara jekk humiex se jressqu appell kontra d-deċiżjoni.

L-Avukati Carina Camilleri Testa u Maurizio Cordina dehru għall-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat rispettivament.

Għall-familja Caruana Galizia dehru l-Avukati Therese Comodini Cachia, Jason Azzopardi u Eve Borg Costanzi.

Ekonomija

Sport