Saturday, December 21, 2024

Il-Qorti tiċħal il-ħelsien mill-arrest ta’ Daniel Meli

Aqra wkoll

Il-Qorti f’digriet li ħarġet ċaħdet it-talba biex Daniel Meli jingħata l-ħelsien mill-arrest. Hu qiegħed jiġi mfittex fl-Istati Uniti għal akkużi relatati ma’ malware illegali fuq id-darkweb. Jekk jinstab ħati fl-Istati Uniti jista’ jeħel 25 sena ħabs u multa ta’ madwar nofs miljun dollari.

Dan hu t-tieni rikors li għamel Meli biex jingħata l-ħelsien mill-arrest qabel l-Qorti Maltija kellha tordna l-estradizzjoni tiegħu lejn l-Istati Uniti.

L-ewwel rikors ma kienx ġie milqugħ minħabba li l-Qorti dakinhar kienet qalet li ma kinitx obbligata tevalwa l-istat mentali ta’ Meli u fakkret li l-akkużat kien ta l-kunsens tiegħu biex jiġi estradit. Hi ċaħdet ukoll it-talba tiegħu biex il-każ jinstema’ f’Malta la r-reati twettqu f’Malta stess.

It-tieni rikors li wkoll ġie miċħud Meli kiten li l-Qorti naqset meta ma kkunsidratx is-saħħa mentali tiegħu. Hu talba wkoll biex id-data kkonfiskata li x’aktarx se tintuża bħala evidenza kontrih ikun jista’ jaraha hu qabel.

Il-Qorti qalet li ma hemmx raġunijiet validi li fihom Meli qed jgħid li nkisru d-drittijiet fundamentali tiegħu. Kien għalhekk li l-Imħallef Doreen Clarke ċaħdet dan ir-rikors.

L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri, Jacob Magri u Arthur Azzopardi qed jirrappreżentaw lil Meli.

Ekonomija

Sport