Tuesday, July 15, 2025

Il-Qorti tirrevoka l-ħelsien mill-arrest mogħti lil Lilu l-King 

Aqra wkoll

Il-Qorti rrevokat il-ħelsien mill-arrest mogħti lil Mohammed Ali Ahmed Elmushraty, magħruf aħjar bħala Lilu King u b’hekk annullat deċiżjoni meħuda mill-Qorti tal-maġistrat aktar kmieni dan ix-xahar.

Fil-11 ta’ Lulju, Elmushraty ngħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ €40,000 u garanzija personali ta’ €200,000

Elmushraty qiegħed jiffaċċja każ fejn allegatament ikkawża ġrieħi gravi lil persuna oħra.

Fit-talba li saret mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ntqal kif l-akkużat m’huwiex affidabbli u b’hekk m’hemmx serħan il-moħħ li l-imputat mhux se jwettaq reat ieħor.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport