Wednesday, April 24, 2024

Il-Qorti tordna investigazzjoni dwar jekk chats bejn Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech ittiħdux mill-Qorti

Aqra wkoll

Il-Qorti Kriminali li kienet ppreseduta mill-Imħallef Edwin Grima ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija biex b’mod immedjat tibda investigazzjoni dwar jekk chats bejn Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech ittiħdux minn dokumenti li jinsabu esebiti fl-atti tal-kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali.

L-Imħallef Edwina Grima tgħid fid-digriet tiegħha li l-investigazzjoni għandha tara u tistabilixxi jekk kien hemm xi persuna jew persuni li kisru digriet tal-Qorti tad-29 ta’ Novembru 2021, li fiha l-istess Qorti tordna u twaqqaf kull pubblikazzjoni ta’ kull tip ta’ informazzjoni fil-kaz ta’ Yourgen Fenech.

Dan kollu seħħ hekk kif Rosianne Cutajar, permezz tal-avukati tagħha Edward Gatt u Mark Vassallo talbet lill-Avukat Ġenerali biex issir investigazzjoni dwar kif chats privati ġew ippubblikati minn Mark Camilleri nhar it-Tlieta filgħaxija u jekk dan sarx bi ksur ta’ digriet ta’ Qorti.

Sport