Tuesday, November 26, 2024

Il-Qorti tordna li l-iżviluppaturi fil-każ Sofia jibqgħu jinżammu arrestati

Aqra wkoll

Il-Qorti hekk kif fetħet b’urġenza ma laqgħetx ir-rikors li ressqu , Matthew Schembri u Kurt Buhagiar li kienu l-iżviluppaturi fil-binja li fiha miet Jean Paul Sofia, fejn talbu lill-istess Qorti tiddikjara li l-arrest tagħhom kien wieħed illegali.

Il-Maġistrat Ian farrugia, f’digriet mogħti ftit tal-ħin ilu qal li l-arrest tal-iżviluppaturi sar skont il-liġi u għalhekk m’għandhomx raġun fit-talba tagħhom.

Id-difiża argumentat li l-arrest kien jikser il-liġi Ewropea u talbu biex il-Qorti tiddikjara l-arrest illegali minħabba li l-inkjesta qatt ma ġiet mgħotija lid-difiża.

Il-prosekuzzjoni biex jirrispondu għal dan ir-rikors tmexxiet mill-avukati Philip Galea Farrugia u Abigail Caruana Vella mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Filwaqt, li għal Schembri u Buhagiar dehru l-avukati Arthur Azzopardi u Franco Debono.

Sport