Saturday, November 23, 2024

IL-QTIL DOPPJU F’TAS-SLIEMA: Dragomanski iweġeb mhux ħati għall-qtil ta’ Pandolfino u Maciejowski

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu quddiem il-Maġistrat Victor Axiak tressaq taħt arrest Viktor Dragomanski, Maċedonu ta’ 37 sena residenti Tas-Sliema, li ġie mixli bil-qtil doppju ta’ Christian Pandolfino u s-sieħeb tiegu Ivor Piotr Maciejowski fid-dar tagħhom f’Tas-Sliema nhar it-18 ta’ Awwissu li għadda.

L-akkużat ġie mixli wkoll b’serq ta’ ġojjellerija, li żamm persuni kontra r-rieda tagħhom, li ġarr arma tan0nar mingħajr permess, li laqa’ għandu oġġetti misruqin. Ġie akkużat ukoll li nhar it-3 u 18 ta’ Awwissu li għadda seraq pjanċi ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura.

Dragomanski wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu.

Il-Qorti semgħet kif wara l-arrest ta’ Daniel Muka, ir-raġel Albaniż li lbieraħ tressaq il-Qorti wkoll mixli b’rabta mal-omiċidju doppju f’Tas-Sliema, il-Pulizija rċeviet aktar informazzjoni u komplew janalizzaw filmati miġbudin minn kameras tas-sigurtà. Fid-dar fejn kien arrestat Muka nstabet persuna oħra li qaltilhom li l-akkużat seta’ kien qed joqgħod f’lukanda fil-Gżira.

Il-Prosekuzzjoni qalet li mal-wasla tagħha l-akkużat ipprova jaħrab madankollu huwa nqabad mill-Pulizija.

Dragomanski baqa’ jinżamm taħt arrest.

Sport