Saturday, October 26, 2024

Il-qtil ta’ tifla ta’ 12-il sena jqajjem dibattu jaħraq dwar l-immigrazzjoni fi Franza

Aqra wkoll

Il-qtil ta’ tifla ta’ 12-il sena ġewwa l-kapitali Franċiża Pariġi wassal għal rabja kbira fost il-popolazzjoni u dan hekk kif il-każ qiegħed jieħu laqta politika minħabba li l-allegat qattiel hija immigrant mill-Alġerija li kienet taħt ordni biex titlaq mill-pajjiż. 

Il-vittma hija tilfa ta’ 12-il sena bl-isem ta’ Lola u din instabet mejta f’kaxxa tal-plastik qrib il-blokka ta’ appartament fejn kienet tgħix. Il-katavru tagħha nstab nhar il-Ġimgħa li għaddiet. L-allegat persuna li wettqet dan l-omiċidju hija mara ta’ 24 sena u fil-preżent tinsab fil-kustodja tal-pulizija taħt suspetti ta’ qtil, stupru u anke tortura.  

Ftit wara li sar magħruf dan il-każ, il-President Franċiż Emmanuel Macron iltaqa’ mal-ġenituri tal-vittma ġewwa l-Palazz Élysée u wiegħed li dawn se jkunu qed jingħataw l-appoġġ kollu. Min-naħa l-oħra, l-oppożizzjoni politika qiegħda tgħid li l-gvern naqas lil din il-famil-
ja. 

Dan il-każ sabu ruħu anke fl-Assemblea Nazzjonali f’diskussjoni animata ħafna li fiha Marine Le Pen tal-partit lemini estrem Rassemblement National ikkundannat “il-politika laxka” tal-gvern dwar l-immigrazzjoni. Hija qalet li, “is-suspettat f’dan l-att barbaru mhux suppost kienet f’dan il-pajjiż; x’inhu jżommok milli f’aħħar twaqqaf din l-immigrazzjoni bla kontroll, u klandestina?” Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru Elisabeth Borne appellat lil Le Pen biex “turi daqsxejn diċenza” u turi rispett lejn il-ġenituri ta’ Lola f’dan il-mument diffiċli u tħalli lill-awtoritajiet jagħmlu xogħolhom. 

Lola kienet għebet nhar il-Ġimgħa wara li naqset milli tirritorna lura d-dar wara mixja qasira mill-iskola. Filgħaxija stess il-katavru tagħha nstab ġo kaxxa bir-roti. Mill-awtopsja ħareġ li l-vittma ġiet fgata. 

Sport