Sunday, November 24, 2024

Il-qtugħ ta’ dawl waqt il-Beer Fest ma kienx ikkawżat mis-sistema tad-distribuzzjoni tal-Enemalta

… minn testijiet li saru rriżulta li l-organizzaturi talbu anqas kurrent milli kien hemm bżonn

Aqra wkoll

L-Enemalta għamlet referenza għal rapporti dwar qtugħ ta’ dawl waqt attività organizzata f’Ta’ Qali, il-Ħamis filgħaxija.

L-Enemalta fi stqarrija ċċarat li l-qtugħ ta’ dawl li kien hemm ma kienx ikkawżat mis-sistema ta’ distribuzzjoni tal-Enemalta.

Teknici u Inġiniera ta’ Enemalta immedjatament marru fuq il-post, fejn wara spezzjonijiet u testijiet fuq is-substation li tissuplixxi lill-park nazzjonali Ta’ Qali, instab li l-provvista kienet waħda tajba.

Mit-testijiet li saru rriżulta li l-organizzaturi talbu anqas kurrent milli kien hemm bżonn għall-avveniment li ġie organizzat. L-Enemalta fakkret li hija r-responsabbiltà tal-organizzaturi li jidentifikaw it-tipi ta’ kurrent meħtieġ lilhom u jippreparaw skont il-ħtiega.

Minkejja li ma kinitx problema kkawżata mis-sistema tal-Enemalta, it-timijiet tekniċi tagħha preżenti fuq il-post offrew l-assistenza lill-organizzaturi sabiex jgħinu tissolva l-problema.

Sport