Tuesday, November 12, 2024

Il-quddies lura fil-knejjes mit-13 ta’ Ġunju … Scicluna jisħaq dwar l-prinċipji tal-mitigazzjoni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

YouTube video

L-Arċisqof ħabbar li l-ewkaristija se tibda tiġi ċċelebrata minn tmiem il-ġimgħa tat-13 u 14 ta’ Ġunju. 

Huwa qal li tkun xi ħaġa sabiħa li n-nies jerġgħu lura biex jisimgħu l-kelma ta’ Alla, jiċċelebraw l-għaqda ta’ bejniethom u jirċievu lil Ġesù fl-ewkarestija.

Huwa tkellem dwar l-importanza tal-prinċipji tal-mitigazzjoni. Qal li b’hekk din l-opportunità trid tirispetta d-distanza soċjali, l-użu tal-maskri jew visor u l-iġene tal-idejn b’mod speċjali.  Huwa qal li n-numru ta’ nies li se jkunu jistgħu jidħlu fil-Knisja se jkun jiddependi mill-metraġġ tal-ispazju sabiex tinżamm id-distanza soċjali.

Qal li min ma jistax jipparteċipa billi jattendi m’għandux iħossu mtaqqal għax se jkun hemm alternattivi oħra biex kulħadd ikun jista’ jipparteċipa.

Għat-tqarbin is-saċerdot se jkun qiegħed juri lil Ġesù ewkaristija lin-nies, iżda meta jersaq biex iqarben m’għandux ikun hemm djalog. L-Arċisqof issuġġerixxa li biex dan is-sagrament ikun jista’ jingħata b’dinjità dawk li jersqu biex jitqarbnu jużaw visor għaliex hija aktar faċli biex tirċievi s-sagrament bdan il-mod.

Ekonomija

Sport