Saturday, August 30, 2025

Il-Quws” fil-Qorti b’rabta mal-isparatura f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

…mixli li spara wara tilwima dwar flus

Melvin Debono ta’ 33 sena magħruf bħala “l-Quws” tressaq fil-Qorti b’rabta mal-isparatura li seħħet tard il-Ħadd filgħaxija f’Raħal Ġdid.

Debono, li jgħix fit-triq fejn allegatament seħħ il-każ, kien mixli li spara b’periklu għal ħaddieħor, li żamm arma mingħajr liċenzja, li kellu l-kokaina, li hedded żewġt irġiel, li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u li kien riċediv fost oħrajn.L-Ispettur Gabriel Kitcher, li mexxa l-Prosekuzzjoni, spjega li l-Ħadd kienu nstemgħu xi tiri f’Raħal Ġdid u meta l-pulizija marru fuq il-post wieħed mill-allegati vittmi sostna li kellu argument mal-imputat dwar xi flus.Intqal ukoll li Debono ma riedx jiftaħ u spettur ipprova jikkonvinċih joħroġ sakemm għall-ħabta tad-9.15 p.m. ġie arrestat.

Il-Pulizija kienet ġabret filmat meħut mis-sieħba tal-allegata vittma kif ukoll recording bejn l-istess allegat vittma u l-akkużat fejn dan tal-aħħar allegatament jinstema’ jheddu. L-Ispettur Kitcher qal li l-allegat vittma allega li Debono kien qallu “mewt hemm għalik” u “ħa nimlielek lit-tfal bit-tiri.” Min-naħa tagħha, id-Difiża argumentat li l-imputat kellu verżjoni differenti ta’ kif ġraw l-affarijiet. F’dan l-istadju, id-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat u għaldaqstant baqa’ miżmum taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Gabriel Kitcher. L-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Anthea Zammit Bonnici dehru għall-imputat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport