Wednesday, January 14, 2026

Il-Royal Malta Yacht Club iniedi l-Winter Racing Series s-bl-appoġġ ta’ Beneteau

Aqra wkoll

Il-Royal Malta Yacht Club (RMYC) ħabbar it-tnedija tal-programm ta’ tiġrijiet tal-keelboats għal din is-sena bl-RMYC Winter Series by Beneteau.  Is-serje ta’ din is-sena qed tiġi appoġġiata minn Beneteau, rappreżentata f’Malta minn Mediterranean Yacht Sales, li tkompli tikkonferma l-impenn ta’din id-ditta lejn l-ibburdjar kompetittiv u l-iżvilupp tal-flotot lokali.

Bħala parti minn din is-sħubija, se tiġi introdotta klassi ddedicata għad-dgħajjes Beneteau, li se tikkompeti fi ħdan ir-RMYC Club Rating Class, u b’hekk iżżid dimensjoni ġdida ta’ kompetizzjoni.

Din is-serje ser tkun bidu ideali fil-kalendarju annwali tal-Club, u din id-Serje ġiet iddisinjata biex tkun aċċessibbli għal dawk li qedin jibdew l-ibburdjar, filwaqt li tnaqqas l-ostakli għal sidien b’esperjenza.

Is-serje, ser tkun qeda tuża l-format ta’ Pursuit Racing, sistema ta’ tlielaq li ġiet introdotta fis-sajf li għadda u li malajr kisbet popolarità. Minflok bidu wieħed għall-flotta kollha, l-parteċipanti jibdew f’intervalli differenti skont il-ħandicap tagħhom. Dan iffiser li kull sekonda ssir kruċjali u t-tensjoni tibqa’ għolja sal-aħħar. Is-serje sek tkun mifruxa fuq skeda ta’ ħames tiġrijiet, ta’ sagħtejn.  Dawn it-tlielaq jsiru is-Sibt wara nofshinar.

Is-serje ser tibda fis-17 ta’ Jannar u tkompli fl-14 ta’ Frar, 28 ta’ Frar u 7 ta’ Marzu, b’kull tiġrija tkun korsa qasira ta’ sagħtejn. L-aħħar tiġrija, ssir fit-18 ta’ April.

Qabel it-tiġrija tal-ftuħ, Adrian Gauci Borda, Rear Commodore Sailing tal-RMYC, qal:
“Din is-serja hija introduzzjoni tajba għall-flotta tal-keelboats tagħna u mod ideali biex nibdew il-kalendarju ta’ din is-sena.  Il-format ta’dawn it-tlielaq jagħmel il-kompetizzjoni aktar bilanċjata u jagħti tmiem eċċitanti sal-aħħar. Aktar importanti minn hekk, joħloq ambjent fejn it-timijiet jistgħu jisfidaw lilhom infushom, jitjiebu u jgawdu ħin fuq l-ilma flimkien.”

David Anastasi, General Manager ta’ Mediterranean Yacht Sales, żied jgħid:
“Ninsabu kuntenti li qed nappoġġjaw l-Winter Series ta’ din is-sena. Beneteau għandha tradizzjoni twila fil-bini ta’ jottijiet li jipprovdu prestazzjoni, durabilità u fiduċja — valuri li jaqblu perfettament mal-kultura tal-Royal Malta Yacht Club. L-appoġġ ta’ inizjattivi li jsaħħu l-ibburdjar lokali huwa xi ħaġa li aħna kburin li nagħmlu parti minnha.”

Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa permezz tas-sit tal-Club:
https://rmyc.org/races/2026-rmyc-winter-series-by-beneteau/

Il-briefing tal-ewwel tiġrija se jsir nhar l-Erbgħa 14 ta’ Jannar fid-19:00 fil-Royal Malta Yacht Club.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport