Saturday, November 16, 2024

Il-UEFA b’id tal-ħadid għar-Rumanija u l-Ukrajna

Aqra wkoll

L-UEFA użat l-id tal-ħadid fil-konfront tar-Rumanija u l-Ukrajna wara li l-partitarji tagħhom ma ġabux ruħhom kif suppost.

Fil-fatt il-federazzjoni Rumena weħlet €40,000 filwaqt li l-logħba kontra Andorra f’Bucharest trid tintlagħab bil-bibien magħluqa wara xi korijiet politiċi li l-partitarji tagħhom kantaw.

Min-naħa tal-Ukrajna, huma qalgħu multa ta’ €20,000 wara xi kummenti razzisti li għaddew il-partitarji waqt il-logħba kontra l-Ingilterra. Barra minn hekk, l-ebda partitarju Ukren ma jista’ jinbiegħulu biljetti għal-logħba f’Ta’ Qali kontra Malta hekk kif ġew ipprojbiti li jaraw lit-tim nazzjonali ta’ pajjiżhom.

Ekonomija

Sport