Il-UEFA se tkun qed tifforma kumitat konsultattiv li jkun magħmul minn eks-plejer tal-futbol, kowċis elite u xi membri oħra bl-għan li tifhem aħjar x’inhuma l-isfidi li qed jaffaċċja l-futbol modern.
Xi temi li dan l-akbar organu Ewropew se jkun qed jiddiskuti fix-xhur li ġejjin huma il-kalendarju tal-partiti, il-VAR, is-saħħa u s-sigurta’ tal-plejers u anke l-iżvilupp ta’ talenti żgħażagħ.
S’issa jidher li hemm 20 membru kkonfermat u dawn huma Jose Mourinho, Zinedine Zidane, Carlo Ancelotti, Fabio Capello, Paolo Maldini, Javier Zanetti, Luis Figo, Michael Laudrup, Rafa Benitez, Predrag Mijatovic, Jurgen Klinsmann, Rudi Voller u. Robbie Keane. Ma jonqsux xi ismijiet oħra magħrufa fosthom Gareth Southgate, Rio Ferdinand, Philipp Lahm, Ronald Koeman, Roberto Martinez, Petr Cech u Juan Mata.