Il-UEFA ħabbret li l-finali tal-UEFA Champions League li kellha tintlagħab fil-Gazprom Arena, f’St Petersburg, fir-Russja, fit-28 ta’ Mejju li ġej, issa tneħħiet għal kollox wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna.
Il-kumitat eżekuttiv tal-UEFA tlaqqa’ b’urġenza il-Ġimgħa fil-għodu biex ittieħdet din id-deċiżjoni.
Minkejja li għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni finali liema belt tista’ tospita din il-finali … jidher li Pariġi se tingħata din l-inkarigu bl-istadium ikun Stade de France.