Sunday, October 27, 2024

Il-UEFA tieħu l-passi kontra r-Russja wara l-invażjoni fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA l-bieraħ kel­lu laqgħa straordinarja wara l-eskalaz­zjoni gravi tas-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Ewropa.

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA ddeċieda li jirriloka l-finali tal-UEFA Champions League 2021/22 minn St Petersburg għal Stade de France f’Saint-Denis. Il-logħba se tintlagħab kif inizjalment skedata nhar is-Sibt, 28 ta’ Mejju, fid-9.00 pm.

Il-UEFA tixtieq tesprimi r-ringrazzjament u l-apprezzament tagħha lill-President tar-Repubblika Franċiża, Emmanuel Mac­ron, għall-appoġġ personali u l-impenn tiegħu biex l-iktar logħba prestiġjuża tal-football tal-clubs Ewropej titmexxa fi Franza fi żmien ta’ kriżi bla paragun. Flim­kien mal-Gvern Franċiż, il-UEFA se tappoġġja bis-sħiħ l-isforzi ta’ bosta partijiet interessati biex tiżgura l-provvista ta’ salvataġġ għal players tal-football u l-familji tagħhom fl-Ukrajna li jiffaċċjaw tbatija, qerda u spostamenti koroh tal-bniedem.

Fil-laqgħa tal-bieraħ, il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA ddeċieda wkoll li clubs u t-timi­jiet nazzjonali Russi u Ukreni li qed jikkompetu fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA se jkunu meħtieġa jilagħbu l-logħbiet tagħ­hom f’darhom f’postijiet newtrali sa ma joħroġ avviż ieħor.

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA ddetermina wkoll li jkun għal-lesti biex isejjaħ aktar laqgħat straordinarji, fuq bażi regolari u kontinwi fejn meħtieġ, biex jevalwa mill-ġdid is-sitwazzjoni legali u fattwali hekk kif jevolvi u jaddotta aktar deċiżjonijiet kif meħtieġ.

Sadanittant, il-Grand Prix tal-Formula 1, li għandha ssir f’Sochi f’Settembru li ġej, għandha tiġi kanċellata.

Il-Formula 1 qalet li huwa “impossibbli” li dan l-avveniment isir “fiċ-ċirkostanzi kurrenti”.

Il-federazzjonijiet internazzjonali tal-isports għandhom iċaqilqu jew jikkanċellaw avvenimenti sportivi kurrenti ppjanati fir- Russja jew fil-Belarus, qal il-Kumitat Olim­piku Internazzjonali.

PUNTI KONNESSI MAL-KONFLITT

*Id-difensur Ukren ta’ Manchester City, Oleksandr Zinchenko, ingħaqad ma’ velja fiċ-ċentru tal-belt ta’ Manchester biex juri appoġġ għal pajjiżu u jista’ jiffaċċja lil Everton fi tmiem il-ġimgħa, filwaqt li l-winger Ukren ta’ West Ham, Andriy Yarmolenko, ingħata ftit ħin ta’ mistrieħ mill-club.

*Manchester United temmew il-ftehim ta’ sponsorship tagħhom mal-linja nazzjonali tal-ajru Russa, Aeroflot.

*Il-UEFA qed tfittex li ttemm il-ftehim ta’ sponsorship ewlieni tagħha ta’ £30 miljun fis-sena mal-ġganti Russi tal-gass immexxi mill-istat, Gazprom.

*L-eks champion tal-boxing heavyweight u Sindku ta’ Kiev, Vitali Klitschko, qal li kien lest jiġġieled fi “gwerra mdemmija” flimkien ma’ ħuh Wladimir Klitschko.

*L-istilla Russu tat-tennis, Daniil Medvedev, li dalwaqt se jkun l-aqwa player tad-dinja, qal li s-smiegħ tal-aħbar tal-invażjoni tan-nazzjon tiegħu “mhux faċli” u jrid “jippromwovi l-paċi mad-dinja kol­lha”.

*It-team tal-Formula 1, Haas, neħħew l-isponsor tagħhom ibbażat fir-Russja – kum­panija proprjetà ta’ Dmitry Mazepin, soċju mill-qrib ta’ Vladimir Putin – mit-tagħmir tagħhom matul l-aħħar jum tat-testijiet ta’ qabel l-istaġun f’Barċellona. Iben Mazepin, Nikita, huwa wieħed mis-sewwieqa ta’ Haas.

*It-tennista Ukrena, Elina Svitolina, talbet għall-għajnuna biex “titwaqqaf il-gwerra”.

Sport