Saturday, December 21, 2024

Il-UEFA tiġġieled kontra l-pjani tat-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Il-UEFA se tkompli tiġġieled kontra li tiġi organizzata t-Tazza tad-Dinja kull sen­tejn. ‘Se nopponuha sakemm jirbaħ is-sens komun’.

Il-gwerra bejn il-UEFA u l-FIFA tkompli, billi dawn tal-aħħar iridu jorganizzaw it-Tazza tad-Dinja kull sentejn, li qed toħloq problemi fost id-diversi federaz­zjonijiet.

Il-UEFA ttenni l-pożizzjoni tagħha kontra l-pjani tal-FIFA għal Tazza tad-Dinja kull sentejn u qed tiġi appoġġata minn ħafna mill-assoċjazzjonijiet l-oħra.

“Il-pjani tal-FIFA għal Tazza tad-Dinja biennali jiġu mblukkati mill-UEFA u l-CONMEBOL anke jekk jirċievu l-appoġġ tal-biċċa l-kbira tal-assoċjazzjonijiet tal- football,” qal il-President tal-UEFA, Aleksander Ceferin.

“Il-proposti jagħmlu ħsara lill-forom kollha tal-football u jiżvalutaw il-kompetizzjoni nnifisha. Dan il-kunċett għandu l-karatteristiċi kollha ta’ deċiżjoni li l-FIFA trid tieħu malajr u tħalli lill-bqija tad-dinja tal-football jiddispjaċiha estremament.

“Il-UEFA se tkompli topponi sakemm jirbaħ is-sens komun u l-pjani jiġu abbandunati.”

Ekonomija

Sport