Thursday, December 26, 2024

Il-UEFA tintroduċi regoli ġodda li jillimitaw l-infieq

Aqra wkoll

Il-UEFA ntroduċiet regolamenti finan­zjarji ġodda li se jillimitaw l-infieq tal-clubs fuq pagi, trasferimenti u miżati tal-aġenti għal 70% tad-dħul tagħhom.

It-telf permess fuq perjodu ta’ tliet snin żdied ukoll minn €30 miljun għal €60 miljun.

Ir-regoli l-ġodda se jidħlu fis-seħħ f’Ġunju u l-clubs se jkollhom tliet snin biex jimplimentawhom.

Il-UEFA qalet li “ksur se jirriżulta f’penali finanzjarji u miżuri sportivi definiti minn qabel”.

Huwa maħsub li pieni msaħħa ġodda, inklużi tnaqqis ta’ punti, degradazzjoni għal kompetizzjonijiet ta’ grad aktar baxx u esklużjoni potenzjali mill-football Ewropew kompletament, se jiġu introdotti bħala parti mir-regoli l-ġodda.

Il-clubs huma mistennija li jitħallew jonfqu 90% tad-dħul tagħhom fl-2023-24, jonqsu għal 80% fl-2024-25 u 70% sena wara.

Ir-”regolamenti tas-sostenibbiltà finanzjarja” il-ġodda tpoġġew flimkien mill-UEFA u l-European Club Association (ECA) influwenti u “huma l-ewwel riforma ewlenija” tar-regoli tal-Financial Fair Play (FFP) introdotti fl-2010.

“L-ewwel regolamenti finanzjarji tal-UEFA, introdotti fl-2010, qdew l-iskop primarju tagħhom,” qal il-president tal-UEFA, Aleksander Ceferin. “Huma għenu biex jiġbdu l-finanzi tal-football Ewropew lura mix-xifer u rrivoluzzjonaw kif jitmexxew il-clubs tal-football Ewropej.

“Madankollu, l-evoluzzjoni tal-industrija tal-football, flimkien mal-effetti finan­zjarji inevitabbli tal-pandemija, uriet il-ħtie­ġa għal riforma bl-ingrossa u re­go­lamenti ġodda dwar is-sostenibbiltà finanzjarja.”

Ekonomija

Sport