Sunday, November 24, 2024

Il-UEFA tippermetti li timijiet Russi Under 17 jikkompetu fl-Ewropa

Aqra wkoll

Ir-Russja se terġa’ tidħol fil-kompetiz­zjonijiet Ewropej tal-U/17 għall-ewwel darba mill-invażjoni tal-pajjiż tal-Ukrajna 19-il xahar ilu, ikkonfermat l-UEFA.

Il-korp governattiv tal-football Ewropew jgħid li s-subien u l-bniet m’għandhomx jiġu kkastigati għall-azzjonijiet tal-adulti.

“Il-football m’għandu qatt jaqta’ qalbu jibgħat messaġġi ta’ paċi u tama,” qalet l-organizzazzjoni fi stqarrija.

Il-Football Association Ingliża ma taqbilx mad-deċiżjoni tal-UEFA u tgħid li l-Ingilterra ma tilgħabx mar-Russja jekk tiġi f’polza kontrihom.

Kelliema tal-FA qalet: “Aħna ma nappoġ­ġawx il-pożizzjoni li r-Russja terġa’ tidħol f’kompetizzjonijiet ta’ grad ta’ età tal-UEFA, u l-pożizzjoni tagħna tibqa’ li t-timijiet tal- Ingilterra mhux se jilagħbu kontra r-Russi

Il-UEFA ssospendiet it-timijiet Russi kollha mill-kompetizzjonijiet Ewropej me­ta l-invażjoni fuq skala sħiħa bdiet fi Frar tal-2022.

Hija rrevokat ukoll id-drittijiet tal-ospitar għall-finali taċ-Champions League tal-2022 u tas-Super Cup tal-2023, li kellhom isiru f’St Petersburg u Kazan rispettivament, kif ukoll ikkanċellat il-kuntratt ta’ sponsorships mal-ġgant tal-enerġija tal-istat, Gazprom.

Il-UEFA tgħid li “tenniet il-kundanna tagħha tal-gwerra llegali tar-Russja” u kkonfermat li t-timijiet l-oħra kollha Russi jibqgħu sospiżi.

“Is-sospensjoni kontinwa tal-UEFA kontra timijiet adulti Russi tirrifletti l-impenn tagħha li tieħu pożizzjoni kontra l-vjolenza u l-aggressjoni. Il-UEFA hija determinata li din il-pożizzjoni tibqa’ għaddejja sakemm tintemm il-gwerra u terġa’ tirrenja l-paċi,” qal il-president tal-organizzazzjoni, Aleksander Ceferin.

“Iżda billi nipprojbixxu lit-tfal mill-kompetizzjonijiet tagħna, mhux biss nonqsu milli nirrikonoxxu u nżommu dritt fundamentali għall-iżvilupp ħolistiku tagħhom iżda niddiskriminaw direttament kontrihom.

“Billi nipprovdu opportunitajiet biex jilagħbu u jikkompetu ma’ sħabhom minn madwar l-Ewropa kollha, qed ninvestu f’dik li nittamaw li tkun ġenerazzjoni futura isbaħ u aktar kapaċi u għada aħjar.”

Il-kumitat eżekuttiv tal-UEFA talab lill-amministrazzjoni tal-organizzazzjoni biex “tipproponi soluzzjoni teknika” biex it-timijiet jitħallew lura fil-kompetizzjonijiet tal-U/17 anke jekk ikunu diġà bdew.

Żiedet tgħid li l-partiti mhux se jintlagħbu fir-Russja u t-timijiet mhux se jitħallew jilbsu l-kit nazzjonali, juru l-bandiera tagħhom jew idoqqu l-innu tagħhom.

Il-finali li jmiss tal-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt is-17-il sena se jintlagħbu f’Ċipru s-sena d-dieħla. L-ekwivalenti tan-nisa se jsiru fl-Isvezja f’Mejju li ġej. 

Sport