Wednesday, July 24, 2024

Il-UPE titlob li l-gvern jippubblika l-pakkett finanzjarju għall-edukaturi kollha

Aqra wkoll

L-unjin tal-edukaturi The Union of Professional Educators talbet lill-gvern biex minnfuhin jippubblika l-pakkett finanzjarju għall-edukaturi kollha.

Il-unjin fis-stqarrija qalet li l-edukaturi huma nċerti dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u anke s-salarji li mistennija jkunu mibdula f’dan il-pakkett li qed jiġi nnegozjat.

L-Istqarrija tkompli tgħid li huwa sigriet magħruf li l-MUT qed iżżomm din l-informazzjoni għaliha mingħajr ma tagħti dettalji lill-membri tagħha.

Il-UPE żiedet tgħid li bl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-btajjel tas-sajf fuq ix-xefaq, l-edukaturi u l-akkademiċi jinsabu fi stat ta’ inċertezza.

Għalhekk l-UPE qed titlob lill-Gvern biex jippubblika kull informazzjoni li għandu dwar il-proposta finanzjarja tiegħu biex l-edukaturi jkunu jafu x’qegħdin jiġu offruti.

L-istqarrija tgħid li l-Gvern għandu l-obbligu li jżomm liċ-ċittadini informati bin-negozjati li jkunu għaddejjin b’mod partikolari issa li l-MUT esprimiet in-nuqqas ta’ fiduċja tagħhom fit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Industrijali.

Ekonomija

Sport