Saturday, November 23, 2024

Il-vaċċin Russu kontra l-Coronavirus mistenni jkun disponibbli għal pajjiżi oħra minn Novembru

Aqra wkoll

Il-vaċċin tar-Russi kontra l-Coronavirus mistenni jibda jitqassam lil persuni b’riskju għoli, qabel ma jsir tlaqqim fuq skala kbira fost ir-Russi f’Ottubru. Imbagħad il-vaċċin ikun disponibbli għal pajjiżi oħra minn Novembru.

Il-President Russu, Vladimir Putin ħabbar ilbieraħ li approva dan il-vaċċin għall-użu, filwaqt li qal li dan hu l-ewwel wieħed fid-dinja. 

Il-Kap tar-Russian Direct Investment Fund, Kirill Dmietriev qal li fil-qalba ta’ dan il-vaċċin hemm is-sigurtà. Saħaq li huma jafu li t-teknoloġija taħdem u li l-informazzjoni dwar il-vaċċin se tiġi ppubblikata f’Awwissu u Settembru biex dan jiġi pprovat. 

Dan il-vaċċin li ġie żviluppat mill-Istitut Gamaleya, għad irid jgħaddi mit-tielet fażi, li hi waħda kruċjali. F’din il-fażi, il-vaċċin irid jingħata lil eluf ta’ persuni. 

S’issa r-Russi ma ħarġu ebda informazzjoni xjentifika dwar it-testijiet li saru fuq il-vaċċin. 

Dmietriev qal li t-tqassim tal-vaċċin fir-Russja se jkun gradwali. Spjega kif dawk li huma l-aktar fir-riskju, fosthom ħaddiema tas-saħħa u oħrajn vulnerabbli se jkunu jistgħu joħduha b’mod volontarju. 

Qal ukoll li wara li l-vaċċin jiġim mqassam fuq skala kbira f’Ottubru, imbagħad ikun disponibbli għal pajjiżi oħra f’Novembru. 

Il-kelliem qal li diġà għandhom ordnijiet bil-quddiem għal biljun doża ta’ dan il-vaċċin. 

Sport