Friday, November 15, 2024

Il-vaċċin Russu kontra l-Covid-19 b’rata ta’ effettività ta’ 95% wara żewġ dożi

Aqra wkoll

Ir-Russja qalet li l-vaċċin tagħha kontra l-coronavirus, magħruf bħala Sputnik V, għandu rata ta’ effettività ta’ 95%. Dan jirriżulta minn analiżi ta’ informazzjoni ta’ testijiet kliniċi.

Il-vaċċin, li se jkun jinħtieġ li jittieħed f’żewġ dożi, se jkun disponibbli fis-suq internazzjoni għal inqas minn $10 kull doża, u se jkun qed jingħata b’xejn liċ-ċittadini Russi.

L-iviluppaturi tal-vaċċin qalu li t-titqiba tista’ tinżamm f’temperaturi bejn it-2°C u t-8°C b’differenza għal temperaturi taħt iz-zero li jinħtieġu wħud mill-vaċċini l-oħrajn.

Stqarrija maħruġa miċ-ċentru ta’ riċerka kkontrollat mill-istat, Gamaleya, u l-Fond ta’ Investiment Dirett Russu, kienet tgħid li l-vaċċin wera rata ta’ effettività ta’ 91.4% wara 28 jum mill-ewwel titqiba.

Titqiba oħra wara 42 jum twassal biex ir-rata ta’ effettività tilħaq il-95%.

Madankollu l-istqarrija ma għamlitx referenza għan-numru tal-każi użati biex tintlaħaq din il-kalkulazzjoni.

Ekonomija

Sport