Wednesday, November 27, 2024

Il-vaċċin se jkun obbligatorju fis-Serie A

Aqra wkoll

Atleti professjonali mhux se jkunu eżentati mir-regoli l-ġodda imposti mill-Gvern Taljan fuq il-vaċċin tal-Covid-19, effettivament mandat mill-10 ta’ Jannar.

S’issa, intuża l-Green Pass, ċertifikat elettroniku appoġġjat mill-Unjoni Ewropea li jikkonferma l-istatus taat-tilqim, irkupru riċenti mill-Covid-19 jew test negattiv imqiegħed fi żmien 48 siegħa.

Madankollu, bil-varjant Omicron li jalimenta mewġa ġdida ta’ coronavirus madwar id-dinja, ir-restrizzjonijiet iridu jiġu ssikkati.

Il-Gvern Taljan fassal regoli ġodda biex jibda jaħdem mill-10 ta’ Jannar, 2022.

Dan jinkludi l-użu tas-Super Green Pass, li jfisser biss l-istatus tat-tilqim jew l-irkupru riċenti minn Covid-19 huwa aċċettabbli.

Test negattiv mhux se jibqa’ biżżejjed meta tidħol fl-istadia, gyms, pixxini, locker rooms jew kwalunkwe struttura sportiva oħra li tkun taħt is-saqaf.

Skond il-FAQ skoperta minn La Gazzetta dello Sport, m’hemm l-ebda eżenzjoni għall-atleti professjonali.

Dan huwa effettivament obbligu għall- players li jirċievu l-vaċċin, sakemm ma jku­nux irkupraw riċentement mill-Covid-19.

Dan m’għandux jagħmel wisq differenza fl-Italja, peress li l-Lega Serie A rrappurtat li 98% tal-players tagħha tlaqqmu f’Ottu­bru.

Madankollu, ħafna minnhom jeħtieġu li sa dak iż-żmien jieħdu l-booster.

Sport