Friday, December 20, 2024

Il-vaċċin ta’ Moderna kontra l-coronavirus meqjus bħala suċċess; “Huwa sigur u jwassal għal immunità”

Aqra wkoll

Il-vaċċin sperimentali kontra l-Covid-19 mill-kumpanija tal-farmaċewtika Moderna huwa meqjus bħala siur u pprovoka rispons immunitarju fl-45 voluntier li pparteċipaw fi studju. Ikkonfermaw dan riċerkaturi matul il-jum tal-bieraħ.

It-tim ta’ riċerkaturi rrapportaw fil-ġurnal mediku “New England Journal of Medicine” li l-voluntieri irċevew żewġ dożi tal-vaċċin li huwa kompost minn livell għoli ta’ antibodies li joqtlu lill-virus li jeċċedu l-livelli medji f’persuni li rkupraw mill-Covid-19.

Ir-rapport iżid jgħid li l-ebda mill-voluntieri ma esperjenzaw side effects serji. Madankollu aktar minn nofshom rrapportaw reazzjonijiet ħfief jew moderati, bħal għejja, uġigħ ta’ ras, uġigħ fil-muskoli jew uġigħ fejn ingħatat l-injezzjoni tal-vaċċin.

Dawn ir-reazzjonijiet kienu aktar probabbli li jseħħu wara l-għoti tat-tieni doża f’dawk il-persuni li rċevew l-akbar doża tal-vaċċin.

Intant esperti qed jisħqu li huwa meħtieġ vaċċin biex il-pandemija tal-coronavirus tiġi fi tmiemha, liema pandemija wasslet biex kważi 600,000 persuna jitilfu ħajjithom.

Moderna kienet l-ewwel kumpanija li bdiet it-testijiet tal-vaċċin fuq il-bniedem, 66 jum wara li s-sekwenza ġenetika tal-virus kienet saret pubblika.

Ekonomija

Sport