Il-vajrus tal-Covid reġa’ qiegħed jerġa’ jgħolli rasu fir-Renju Unit hekk kif fi ftit jiem in-nies infettati rdubjaw.
Sa ħmistax ilu kien hemm wieħed minn kull 55 persuna nfettati b’dan il-vajrus, filwaqt li l-ġimgħa l-oħra dan żdied għal wieħed minn kull 24 persuna.
Issa l-aħħar figuri juru li din il-ġimgħa kien hemm wieħed minn kull 16-il persuna nfettati b’dan il-vajrus fir-Renju Unit. Uffiċjali tal-NHS qalu li mijiet kbar ta’ persuni qegħdin jiddaħlu l-isptar minħabba dan il-vajrus u wissew li jekk in-nies mhux se jkunu qegħdin jieħdu miżuri, aktar mijiet ta’ pazjenti mistennija jiddaħlu għal kura.
Uffiċjali tas-Saħħa fir-Renju Unit qalu li qegħdin jistennew li fil-jiem tal-festi dan il-vajrsu se jkompli jinfirex u fil-jiem ta’ wara aktar nies se jkunu morda. Huma ħeġġew lill-pubbliku biex kemm jista’ jkun jiltaqa’ fi gruppi żgħar u mhux imur fil-folol biex b’hekk jiġi evitat li dan il-vajrus ikompli