Il-ġimgħa li għaddiet, l-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu, Fitch Ratings ikkonfermat ir-rating ta’ A+ bi prospetti stabbli għal pajjiżna.
Dan ir-riżultat huwa ta’ importanza sinifikanti għal pajjiżna speċjalment fi l-kuntest ta’ dak li qed jiġri madwarna kemm fuq livell politiku u ekonomiku. Dan huwa riżultat li jagħti kreditu l-viżjoni tal-Gvern, il-pjan tal-Gvern kif ukoll il-miżuri u l-inizjattivi tal-Gvern tul dawn l-aħħar snin.
Iva, għax l-aħħar rapporti tal-Kummissjoni Ewropea u dak minn Fitch Ratings jikkonfermaw kemm l-ekonomija ta’ pajjiżna miexja fid-direzzjoni t-tajba. Jikkonfermaw li l-istabbiltà li ħoloq il-Gvern kemm fi żmien il-pandemija tal-Covid-19 kif ukoll wara kienu kruċjali biex pajjiżna ma ħassx id-daqqa ekonomika bħal pajjiżi ġirien tagħna. Kien kruċjali wkoll biex pajjiżna seta’ jkompli jikber u jilħaq il-miri ekonomiċi tiegħu.
Dawn ir-riżultati huma xhieda wkoll ta’ kemm il-politika ekonomika tal-amministrazzjoni preżenti qed tagħmel diff erenza reali fil-ħajja tal-familji f’pajjiżna. Tant li l-Gvern illum mhux qed jitkellem aktar fuq stabbiltà imma qed imur lil hinn fejn l-enfasi hija fuq it-tkabbir ekonomiku li se jesperjenza pajjiżna fi x-xhur li ġejjin. Xhieda ta’ dan hij l-viżjoni ekonomika tal-Gvern għall-għaxar snin li ġejjin u wisq aktar il-Baġit 2023 li fi lwaqt li jenfasizza fuq
is-soċjal, iħares lejn l-innovazzjoni u l-edukazzjoni bħala għodda prinċipali għal Malta tal-lum u wisq aktar ta’ għada.