Il-Kumpanija Gozo Channel ħabbret li minn nhar it-Tnejn li ġej, is-servizz mogħti mill-MV Ta’ Pinu se jitwaqqaf minħabba li se jiddaħħal għal xi tiswijiet.
Is-servizz ta’ dan il-vapur se jibqa’ sospiż sakemm jinħareġ avviż ieħor mill-kumpanija stess.