Thursday, October 10, 2024

Il-Vatikan iniedi investigazzjoni wara l-“like” mill-account tal-Papa lil mudella Brażiljana

Aqra wkoll

Il-Vatikan nieda investigazzjoni dwar kif l-acount tal-Papa Franġisku fuq Instagram għamel “like” fuq ritratt ta’ mudella Brażiljana f’poża xi ftit jew wisq provokanti.

F’kumment li għaddiet, il-mudella Natalia Garibotto qalet li “għall-inqas sejra l-ġenna”, wara li bosta qalu li l-Papa “bierek” ir-ritratt tagħha.

Intant l-Aġenzija Kattolika tal-Aħbarijiet (CNA) irrapportat li ġiet imnedija inkjesta interna biex jiġi stabbilit kif seħħet l-interazzjoni fuq il-profil tal-mudella ta’ 27 sena.

Huwa fatt magħruf li l-accounts tal-Papa fuq il-midja soċjali huma mmaniġġjati minn tim ta’ persuni.

Il-Papa għandu madwar 7.4 miljun persuna jsegwuh l-account tiegħu fuq Instagram taħt l-isem @franciscus, madankollu hu ma jsegwi l-ebda account ieħor.

Sport