Uffiċjali tal-Vatikan ħabbru “Peter is Here”, logħba bbażata fuq Minecraft li tippermetti lit-tfal jesploraw u jitgħallmu iżjed dwar l-istorja tal-Bażilika ta’ San Pietru ġewwa l-Vatikan. Il-logħba, żviluppata f’kollaborazzjoni ma’ Minecraft Education Program ta’ Microsoft, hija parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-ġublew tal-Vatikan u għandha l-għan li tintroduċi l-ġenerazzjonijiet iż-żgħar għat-teżori u l-patrimonju kulturali tagħha.
Fir-rigward il-kap ta’ Minecraft Education Allison Matthews, qalet li, “essenzjalment il-logħba hija rappreżentazzjoni tridimensjonali u ri-kostruzzjoni tal-Bażilika ta’ San Pietru u l-pjazza tal-Vatikan fejn il-karattru ewlieni fil-logħba jista’ jimxi u jesplora s-sit kollu. Kull min jilgħab, jista’ jkollu interazzjoni mal-biċċiet tal-arti, l-istatwi u l-mużajk kollu filwaqt li jitgħallem l-istorja li hemm warajhom”.
Kif nistgħu nużaw t-teknoloġija?
Il-proġett se jgħin ukoll biex iwieġeb il-mistoqsija ewlenija tal-logħba: Kif nistgħu nużaw it-teknoloġija biex nesploraw, inħarsu u niċċelebraw siti ta’ patrimonju kulturali, u għaliex huwa importanti li naħdmu flimkien f’dan l-isforz?
Matul il-logħba li tista’ ddum bejn 45 u 60 minuta, l-istudenti se jużaw għodod ta’ Minecraft u apparat ibbażat fuq l-AI biex ilestu proġetti differenti ta’ restawr f’postijiet varji madwar ilBażilika ta’ San Pietru. Flimkien mas-Sanpietrini, grupp ta’ karattri li jaħdmu fil-Vatikan u li xogħolhom huwa li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-Bażilika, l-istudenti se jiltaqgħu ma’ punti bħallObelisk tal-Vatikan, il-Qabar ta’ San Pietru, il-Baldakkin u kolonna partikolari fin-nava ewlenija tal-Bażilika li se jkollhom jirrestawrawha.
Għal kull biċċa xogħol, ittfal se jkollhom japplikaw dak li se jitgħallmu dwar ilpreservazzjoni u r-restawr biex dawn il-punti madwar il-Vatikan jerġgħu lura għaddehra u l-kundizzjoni oriġinali tagħhom. U huma w jaħdmu fuq il-proġett, it-tfal jistgħu jiddokumentaw ilprogress tagħhom u jirriflettu fuq l-importanza ta’ xogħol fi grupp.
Bini bl-AI
Il-proġett beda millħolqien ta’ “kopja diġitali” permezz ta’ l-AI tal-Bażilika ta’ SanPietru fil-Vatikan. Għal dan il-proġett, Microsoft ikollaboraw ma’ Iconem, kumpanija Franċiża li toħloq riċerki diġitali ta’ monumenti storċi globali bit-tekniki tal-fotogrammetrija avvanzata u l-AI.
Il-Laboratorju AI for Good ta’ Microsoft ipprovda t-teknoloġija meħtieġa biex jipproċessaw u janalizzaw id-dejta tal-fotogrammetrija li ġabru u meta kienet qed titnieda din il-kopja diġitali, it-tim induna li kien hemm opportunità biex joħolqu verżjoni speċjali għall-istudenti wkoll.
Il-kollaborazzjoni ma’ Iconem u l-użu tad-dejta tagħhom ippermetta lit-tim ta’ Minecraft Education biex joħloq din il-verżjoni preċiża għal Minecraft li tagħti lillistudenti mod kif jesploraw l-istorja, jimpenjaw ruħhom fir-‘restawr’, u jitgħallmu dwar ir-rabta bejn il-patrimonju kulturali u l-innovazzjoni moderna, filwaqt li jintroduċuhom għal edukazzjoni STEM u l-etika flużu tal-AI.
Waħda mill-isfidi ewlenin kienet il-ħolqien
Tal-mudelli simetriċi flart ta’ l-irħam tal-Bażilika filwaqt li jinżamm il-kunċett kwadru ta’ Minecraft. L-iżviluppaturi kellhom jiżguraw li l-mużajk ikun rappreżentat b’mod preċiż filwaqt li jinżamm l-ispirtu ta’ Minecraft u minħabba li l-Bażilika ta’ San Pietru hija spazju enormi u vast, it-tkabbir talkostruzzjoni reali tal-knisja żiedet sfida oħra.
Il-”kopja diġitali” għenet f’dawn l-isfidi billi inkorporat il-bini fil-logħba b’mod li t-tim ta’ Minecraft seta’ jaħdem minn mudell dettaljat u reali għall-aħħar. Minn hawn, l-iżviluppaturi użaw l-AI biex jibnu esperjenza tal-logħba meraviljuża. Użaw ukoll il-Copilot biex jirriċerkaw esperjenzi storiċi għal-logħba, Microsoft Designer biex joħolqu ideat għall-logħba kif ukoll Visual Studio u GitHub Copilot. Copilot u Azure OpenAI GPT4.0 jappoġġjaw l-aċċessibbiltà skont tal-età u l-kontenut. Il-logħba hija maħsuba għall-istudenti ta’ età bejn it-tmien u t-18-il sena u ssemmiet “Peter is Here” għax tinkludi narrattiva dwar il-iskoperta tal-qabar ta’ San Pietru.
L-istudenti jitgħallmu wkoll dwar is-sejba ta’ ġebla fis-snin 50 li kienet ikkonfermat li l-qabar ta’ San Pietru kien tassew jinsab fil-Bażilika – element importanti għax San Pietru kien l-ewwel Papa tal-Knisja Kattolika. Din l-isfida arkeoloġika tgħin biex titwessa’ l-esperjenza edukattiva u tippromwovi l-kurżità permezz taliskoperta.