Nhar is-Sibt li ġej it-tim nazzjonali tal-Veterani mmexxi mill-kowċ Joe Micallef jilgħab logħba internazzjonali ta’ ħbiberija meta fil-grawnd tal-Mellieħa jaffaċċja lill-Griegi ta’ TSOF 2012 Athens.
Din se tkun it-tieni logħba internazzjonali għall-veterani Maltin fis-sena 2025 wara li f’Jannar li għadda kienu rebħu lil Schilwolde tal-Olanda 11-1.
Il-kowċ Micallef sejjaħ din l-iskwadra ta’ 17-il plejer għal din il-logħba:
Goalkeepers – Sean Sullivan, Roderick Debattista.
Plejers: Brian Said, Jeffrey Chetcuti, Charlo Magro, Kevin Loughborough, Colin Ciantar, Eric Saliba, Gareth Magri, Dino Cachia, Kevin Sammut, Jean Pierre Mifsud Triganza, Adam Smeir, Michael Degiorgio, Mario Camilleri, Mark Micallef, Jonathan Pearson.