Żewġ timijiet nazzjonali tal-veterani se jkunu qed jilagħbu partiti ta’ ħbiberija kontra Claygate Royal Vets FC fil-grawnd tal-Imġarr.
Il-kowċ Joe Micallef għażel żewġ skwadri ta’ ‘l fuq minn 40 sena u oħra ta’ ‘l fuq minn 50 sena hekk kif se jkun hemm żewġ partiti għall-kategoriji differenti.
Is-selezzjoni Maltija ta’ ‘l fuq minn 40 sena hi magħmula minn Matthew Camilleri, Ivan Cassar, Jonathan Pearson, Andre Scicluna, Pio Schiriha, Steven Bonnici, Dino Cachia, Christian Cassar, Manolito Micallef, Beppe Antignolo, Beppe Muscat, George Frendo, Glenn Bonello, Adam Smeir, Jean Pierre Mifsud Triganza, Ian Zammit u Kevin Vella.
Mill-banda l-oħra, il-kategorija ta’ ‘l fuq minn 50 sena hemm magħżula 15-il plejer u dawn huma Clint Camilleri, Brian Said, Jeffrey Chetcuti, Mark Micallef, Mario Caruana, Mario Camilleri, Kevin Loughborough, Carmel Formosa, Eric Saliba, Colin Ciantar, Michael Degiorgio, Marco Sultana, Brian Axisa, David Camilleri u Franco Degabriele.
L-ewwel logħba se tibda fil-5pm fejn ikunu involuti dawn tal-aħħar sabiex fis-6.30pm jidħlu fl-azzjoni t-tim ta’ ‘l fuq minn 40 sena.