Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-Veterani Joe Micallef ikkonferma l-iskwadra għal-logħba internazzjonali ta’ ħbiberija kontra l-klabb Spanjol ta’ CF Hoyo De Manzanares. Din il-partita se ssir għada fil-grawnd tal-Mellieħa u tibda fin-12.30pm.
Il-kowċ Micallef għażel skwadra b’saħħitha u b’esperjenza bl-għan hu li jkomplu bis-sensiela ta’ rebħ li ilu għaddej biha dan it-tim.
Lista tas-Skwadra:
- Justin Spiteri
- Matthew Camilleri
- Andre Scicluna
- Jonathan Pearson
- Steven Bonnici
- JP Mifsud Triganza
- Daniel Cremona
- Beppe Muscat
- Beppe Antignolo
- Daniel Scerri
- Gareth Sciberras
- Pio Sciriha
- Gareth Magri
- Manolito Micallef
- Clayton Micallef
- George Frendo
Malta għadhom ġejjin minn rebħa ta’ 12-0 kontra Claygate Royal Vets FC apparti riżultati oħra dominanti kontra Internacional de Cartagena (7-0) u All Stars Sicilia (7-0).