It-tim nazzjonali tal-Veterani kien involut f’żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra Claygate Royal Vets FC fejn fl-azzjoni kien hemm il-kategoriji ta’ ‘l fuq minn 40 sena u ‘l fuq minn 50 sena.
It-tim ta’ ‘l fuq minn 40 sena kiseb rebħa kbira ta’ 12-0. Manolito Micallef skorja tripletta filwaqt li Ian Zammit, Jean Pierre Mifsud Triganza u Adam Smeir kienu awturi ta’ doppjetta.
Beppe Muscat, George Frendo u Andre Scicluna komplew iżidu l-iskor għall-Maltin.
Mill-banda l-oħra, it-tim ta’ ‘l fuq minn 50 sena ġie draw ta’ 2-2 kontra l-istess kategorija ta’ Claygate Royal Vets FC. Il-gowls tal-Maltin ġew skorjati minn Mario Camilleri u Brian Said.
L-impenn li jmiss għat-tim nazzjonali tal-Veterani issa huwa fl-24 ta’ Mejju li ġej hekk kif jaffrontaw lill-Ispanjoli ta’ CF Hoyo de Manzanares.