It-tim nazzjonali tal-veterani kiseb rebħa oħra f’partita internazzjonali ta’ ħbiberija wara li għeleb lil Hammersmith FC 5-1.
It-tim immexxi minn Joe Micallef kien gowl minn taħt iżda kien kapaċi jdawwar l-iskor favurih sabiex eventwalment rebaħ il-logħba.
Jean Pierre Mifsud Triganza u Manolito Micallef skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Gareth Sciberas żied ieħor għal Malta.
L-aħħar partita għal dan l-istaġun għall-Veterani Maltin se tkun nhar is-Sibt li ġej meta fil-Victor Tedesco Stadium jaffaċċjaw lil Middlesex Wanderers għal Bobby Charlton Memorial Cup. Id-dħul minn din il-partita jmur għal Puttinu Cares.