Saturday, December 21, 2024

Il-Viagra ssalva l-ħajja ta’ mara li kienet f’koma wara li ġiet infettata bil-Covid-19

Aqra wkoll

Infermiera ta’ 37 sena li qattgħet 28 jum f’koma indotta tiġġieled għal ħajjitha wara li laqqgħtet il-virus tal-Korona ġiet salvata wara li t-tobba tawha l-viagra bħala parti minn reġim ta’ trattament esperimentali.

L-infermiera, li hija omm ta’ żewġt itfal u tbati wkoll bl-ażżma iddaħħlet l-isptar fid-9 ta’ Novembru wara li ttestjat pożittiv għall-virus tal-korona fil-31 ta’ Ottubru li għadda.

Hija kienet tpoġġiet għall-kura intensiva ġimgħa wara li ddaħħlet l-isptar u qabel ma’ t-tobba ddeċiedew li jpoġġuha f’koma fis-16 ta’ Novembru.

Meta tqajmet mill-koma fl-isptar ta’ Lincoln County, it-tobba li kienu qed jikkurawha żvelaw li kienu tawha doża qawwija ta’ viagra bħala parti minn reġim ta’ trattament sperimentali. L-infermiera kienet aċċettat li tingħata dik id-doża tal-viagra qabel ma’ ddaħlet f’koma. 

Il-viagra hija mediċina li tingħata lil dawk li jbatu minn impotenza sesswali biex tiġġenera ċirkulazzjoni akbar tad-demm fiż-żoni kollha tal-ġisem billi tirrilassa l-ħitan tal-vini li minnhom jgħaddi d-demm. 

L-infermiera, Monica Almeida minn Gainsborough, Lincolnshire fl-Ingilterra sostniet li bil-kura tal-viagra il-kundizzjoni tagħha tjiebet għal kollox f’ġimgħa biss tant li l-livell ta’ ossiġenu li kellha bżonn tinghata meta kellha l-Covid tnaqqas bin-nofs billi l-mediċina tal-viagra fetħetilha il-passaġġi kollha tal-arja f’ġisimha.

Ekonomija

Sport