Saturday, December 21, 2024

“Il-virus tal-Covid-19 tant ħallieni għajjiena li ħassejtni mifluġa” 

Aqra wkoll

Ir-Reġina tal-Ingilterra, Eliżabetta II, żvelat it-tħassib tagħha dwar il-Covid-19 hekk kif dan il-virus tant ħallieha għajjiena li ħassitha mifluġa. 

Hija qasmet l-esperjenza tagħha tal-Covid-19 għall-ewwel darba fil-bidu tal-ġimgħa li għaddiet waqt laqgħa virtwali li kellha mal-isptar irjali ta’ Londra.

Ir-Reġina, fi Frar li għadda, fl-età ta’ 95 sena ħarġet pożittiva għall-Covid-19; f’dak iż-żmien kien intqal li għandha sintomi ta’ riħ ħafif. Wara disat ijiem il-Buckingham Palace ħabbar li r-Reġina fieqet.

Ekonomija

Sport