Sunday, November 24, 2024

“Il-vittma ma kellhiex l-opportunità tibdel il-ġeneru jew l-isem dak iż-żmien” – L-MGRM

Aqra wkoll

Talk.mt talab għar-reazzjoni tal-Malta Gay Right Movement (MGRM) b’rabta mal-pubblikazzjoni ta’ rapport mill-Qorti. Fir-rapport ippubblikat b’rabta mal-qtil ta’ persuna transgender, jidher li ntuża isem u ritratt mhux xieraq tal-vittma, bl-MGRM issostni li mhux xieraq li l-vittma wara tant snin tibqa’ tiġi indirizzata bħala raġel.

Fir-reazzjoni tagħha lil dan is-sit l-MGRM qalet li bħala moviment jemmnu fil-liberta tal-espressjoni u jirrispettaw il-ħidma ta’ kull ġurnalist, pero mhux korrett li jintużaw ritratti jew jingħad diskors, li ma jżid xejn mal-istorja li tkun qed tiġi rrapurtata, sabiex jiżdiedu l-klikks.

Bħala moviment qalu li l-każ tal-bieraħ ħallihom “ixxukjati għal diversi raġunijiet” L-ewwel waħda kienet ir-ritratt ta’ ġisem ta’ mara li ġiet maqtula bil-każ ilu jġebbed għal 16-il sena. It-tieni raġuni kienet li għalkemm intuża ritratt tal-vittma li juri ċar li kienet tidentifika bħala mara, xorta l-gazzetti użaw ġeneru fil-maskil u anke użaw l-isem li hi ma kinitx għadha tuża. Billi l-każ seħħ qabel ma żdiedu d-drittijiet għal persuni transġeneru, il-vittma ma kelliex opportunita biex tibdel il-ġeneru jew tibdel l-isem. “Għalhekk inħossu li gazzetti serji għandhom jikkunsidraw dan kollu meta jiktbu l-artikli tagħhhom”

L-MGRM temmet tgħid li l-gazzetti kollha sa filgħaxija kienu bidlu l-artikli sabiex il-ġeneru ikun tajjeb, iżda l-isem baqa’ ma nbidilx. Minkejja dan bħala moviment xorta jħossu li saret ftit ġustizzja mal-vittma, u forsi tnaqqas daqsxejn l-uġigħ tal-familja iżda skonthom fadal ħafna x’isir.

Sport