Tuesday, January 7, 2025

Il-vittma tilef il-kontroll tal-vettura…. il-karozza ħabtet f’siġra u spiċċat waqfet ma’ struttura tal-ħadid

Aqra wkoll

Raġel ta’ 25 sena residenti l-Imtarfa, tard ilbieraħ filgħaxija tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:20 p.m fi Triq l-Imdina.


Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-vittma kien qiegħed isuq Mercedes, tilef il-kontroll tagħha, bil-konsegwenza li l-karozza ħabtet f’siġra u spiċċat waqfet ma’ struttura tal-ħadid.

Fuq il-post issejħu minnufih il-pulizija, timijiet mediċi minn Mater Dei u membri talProtezzjoni Ċivili. Sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D ħatar inkjesta mgħejun minn diversi esperti, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizjia b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport