Saturday, November 23, 2024

Il-vittmi ta’ attakk fuq sptar tal-maternità fl-Afghanistan jitla’ għal 24 persuna

Aqra wkoll

In-numru tal-vittmi ta’ attakk fuq sptar fil-kapitali tal-Afghanistan tela’ 24 persuna mejta. L-attakk fuq sptar tal-maternità f’Kabul twettaq ilbieraħ minn tliet militanti, hekk kif ġenituri kienu qed jieħdu lit-trabi tagħhom biex jiġu invistati.

It-tliet ġellieda eventwalment inqatlu f’operazzjoni mill-qawwiet armati Afghani. Waqt li kienet għaddejja l-operazzjoni, is-suldatiAfghani daħlu fl-isptar biex joħorġu lit-tfal, u f’ċirkostanza minnhom wieħed mis-suldati deher joħroġ tifel imgeżwer f’kutra mimlija demm.

Intant aktar kmieni llum id-Deputat Ministru għas-Saħħa, Waheed Majroh, qal li mill-inqas 24 persuna nqatlu f’dan l-attakk, li ħalla mas-16-il persuna oħrajn midrubin.

l-ebda grupp militanti ma refa’ r-responsabbiltà tal-attakk s’issa.

Sport